Ir-Riċerka tal-grupp RiVAL
Qegħdin naħdmu fuq firxa wiesgħa ta' problemi fil-fruntiera bejn il-Viżjoni u l-Lingwa. Temi speċifiċi jinkludu dawn:
- Ġenerazzjoni awtomatika tal-lingwa mill-imaġnijiet, inkluża d-deskrizzjoni awtomatika tal-uċuh u d-deskrizzjoni awtomatika tar-ritratti ta' xeni varji;
- L-użu ta' informazzjoni viżiva flimkien mal-lingwaġġ, sabiex b'mod awtomatiku, programm ikun jista' jiġbed konklużjonijiet validi minn sentenzi.