SentiMalti
SentiMalti hija pjattaforma kollaborattiva li tiffaċilita l-ġbir ta' annotazzjonijiet tas-sentiment mill-pubbliku għal sentenzi bil-Malti. Din tifforma parti minn proġett ta' studenti tal-Intelliġenza Artifiċjali fit-tieni sena li jwassal għall-iżvilupp ta' mudelli ta' analiżi għas-sentiment bil-Malti.
Kif taħdem:
- Ħa jintwerew 3 sentenzi bil-Malti meħudin minn siti soċjali li għandhom jiġu annotati.
- Il-parteċipanti huma mitluba jiklassifikaw is-sentenzi fi tliet kategoriji: pożittivi, negattivi, jew newtrali.
- Is-sentenzi annotati miġbura se jintużaw biex itejbu mudelli ta' analiżi tas-sentiment bil-Malti.
Nota: Informazzjoni sensittiva bħal ismijiet u emails ġew mibdula fi kliem ġeneriku bħal [NAME] u [EMAIL] sabiex tiġi protetta l-privatezza tal-kummentaturi.
Xi sentenzi jistgħu jkunu ta' natura vulgari, offensiva jew jinkludu kliem mhux xieraq. Dawn ġew inklużi għal skopijiet ta’ riċerka biss u ma jirriflettux il-fehmiet tal-proġett. Jekk tħossok skomdu/a b’sentenza partikolari, tista’ tgħaddi għat-tlieta li jmiss mingħajr problemi billi tagħfas fuq "Refresh".
Dwar il-parteċipazzjoni tiegħek:
M’hemm l-ebda informazzjoni personali li tinżamm mis-sistema, u għalhekk il-parteċipazzjoni tiegħek hija kompletament anonima.
Bil-parteċipazzjoni tiegħek qed tagħti l-kunsens tiegħek li hu meħtieġ sabiex inkunu nistgħu nużaw il-klassifikazzjonijiet li tkun daħħalt fis-sit.
Tifhem u taċċetta li din id-data tista’ tintuża kemm għar-riċerka kif ukoll għal skopijiet kummerċjali. Meta int tagħfas il-buttuna “Kompli”,
qed taċċetta dawn il-kundizzjonijiet u tagħti l-kunsens tiegħek għall-użu u l-ipproċessar tad-data li tkun daħħalt fis-sistema.
Jekk teħtieġ aktar informazzjoni, tista’ tikkuntattja lil Prof. Claudia Borg fuq claudia.borg@um.edu.mt